€600,000 mifruxa fuq 3 snin għal Victim Support Malta biex iseħħu s-servizzi tagħho

Fi ftehim mal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, il-Victim Support Malta se jinatgħu €600,000 mifruxa fuq 3 snin sabiex isaħħu s-servizzi terapewtiċi, psikjatriċi, u anke legali tagħhom għal persuni li jkunu għaddew minn xi diffikultajiet

Iffirmat ftehim ma’ Victim Support Malta sabiex ikompli jsaħħaħ is-servizzi li joffru. (Ritratt: DOI)
Iffirmat ftehim ma’ Victim Support Malta sabiex ikompli jsaħħaħ is-servizzi li joffru. (Ritratt: DOI)

Fi ftehim mal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, il-Victim Support Malta se jinatgħu €600,000 mifruxa fuq 3 snin sabiex isaħħu s-servizzi tagħhom.

Iffimat it-Tnejn il-kuntratt jara tisħiħ finanzjarju ta’ ftehimiet soċjali illi l-Gvern għandu ma’ diversi organizzazzjonijiet mhux governattivi.

Il-Victim Support Malta joffri servizzi mmexxija minn professjonisti fil-qasam soċjali u servizzi terapewtiċi, psikjatriċi, u anke legali għal persuni li jkunu għaddew minn xi diffikultajiet.

“Permezz ta’ ftehimiet bħal dawn qed inkomplu nżidu l-viżibilità tagħna, u nilħqu dawk l-aktar illi għandhom bżonn  sapport. Kommessi li nkomplu nassistu lil dawn l-għaqdiet sabiex jibqgħu joffru lill-pubbliku dawn is-servizzi,” saħaq il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon.

Min-naħa tiegħu, id-Direttur ta’ Victim Support Malta  Karl Grech għamel appell sabiex min iħossu vulnerabbli, jew għadda minn esperjenza trawmatika, ma jibżax jitkellem b’mod kunfidenzjali ma’ din l-NGO, sabiex ikun jista’ jibda jibbenefika mit-terapija.

More in Politika