Rekord assolut ta' każi; 336 każ ġdid u jmutu tliet pazjenti

Aktar minn 29,000 persuna jieħdu ż-żewġ dożi tal-vaċċin

Tkompli ż-żieda tal-każi tal-Covid-19 f'Malta hekk kif fl-aħħar 24 siegħa tħabbru 336 każ ġdid, rekord assolut għal Malta hekk kif qatt qabel ma kien hemm żieda ta' aktar minn 300 każ f'ġurnata.

Fl-aħħar 24 siegħa fiequ 80 persuna oħra.

Intant, tilfu ħajjithom tliet pazjenti oħra, foshom raġel ta' 41 sena. Iż-żewġ vittmi l-oħra kellhom 61 u 78 sena. Din tal-aħħar mietet f'residenza privata. L-għadd tal-vittmi issa tela' għal 319.

Intant, b'kollox, sal-bieraħ, ġew amministrati 81,883 doża tal-vaċċin. Minn dawn 29,021 persuna ħadu ż-żewġ dożi.

Bħalissa f'Malta hawn 2,931 persuna infettati bil-virus.

More in Politika