Kważi 74,000 doża sa issa u 258 każ ġdid - rekord ta' każi f'24 siegħa

Mietu żewġ anzjani oħra filwaqt li 23,395 ħadu t-tieni doża ...

Fl-aħħar 24 siegħa Malta esperjenzat numru rekord ġdid ta' każi ta' Covid-19 minn meta faqqgħet il-pandemija kważi sena ilu.  Fil-fatt fl-aħħar 24 siegħa kien hemm 258 każ ġdid minn total ta' 3,640 swab test.  Dan filwaqt illi 182 persuna fieqet. 

Dan ifisser illi bħalissa n-numru ta' każi attivi huwa ta' 2,582.  Fl-aħħar 24 siegħa wkoll żewġ anzjani oħra tilfu ħajjithom. 

Intant f'dak li jirrigwarda vaċċinazzjoni, sa issa ġew vaċċinati 73,644 li minnhom 23,395 ħadu it-tieni doża. 

Waqt il-Konferenza ta' kull ġimgħa s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet illi dawn in-numri juru żieda fil-każi fil-komunità u tgħid illi r-raġuni prinċipali li jidher illi qed twassal għal din iż-żieda hija l-varjant tar-Renju Unit.  Fil-fatt qalet illi b'kollox sa issa Malta għandha 61 każ tal-varjant u kampjuni juru li 8% tal-każi ġodda huma kollha mill-varjant tar-Renju Unit.  Għalhekk appellat biex kulħadd isegwi l-miżuri ta' mitigazzjoni. 

Hija qalet illi clusters dejjem jikbru huma sinjal ċar tal-imxija tal-varjant tal-virus.

Gauci qalet illi l-medja tal-aħħar sebat ijiem kienet ta' 203 każ kuljum. 

More in Politika