Il-każi l-ġodda jitilgħu għal 226 fl-aħħar 24 siegħa u jfiequ 220 persuna

Sa issa ingħataw b'kollox 68,779 doża tal-vaċċin, li minnhom 21,767 ħadu t-tieni doża.

Illum tħabbru 221 każi ġodda filwaqt li fiequ 220 persuna. Dan ifisser li l-għadd tal-każi attivi issa jinsab ta' 2,504.  Ilbieraħ saru 3,274-il test. 

Apparti minn hekk, it-total ta' nies li ħadu t-tieni doża tela' għal dak ta' 21,767 dan ifisser li b'kollox, sa issa, ġew amministrati 68,779 doża. 

Intant, żewġ anzjani oħra sfaw vittma tal-Covid-19, biex issa t-total tal-vittma tela' għal 308. L-anzjani li mietu fl-aħħar 24 siegħa kellhom 84 u 97 sena fl-isptar Mater Dei.

More in Politika