Kannabis: Daqshekk arresti f'każ ta' użu personali ... it-tipjip fil-pubbliku jibqa' pprojbit

Il-PM Robert Abela jwiegħed White Paper u diskussjoni dwarha li tipproponi l-eliminazzjoni tal-arrest għal min jinqabad bil-kannabis għall-użu personali - filwaqt li t-tipjip tagħha fil-pubbliku jibqa' pprojbit

Il-PM Robert Abela jindirizza Konferenza tal-Aħbarijiet - Ritratt ta' Mediatoday
Il-PM Robert Abela jindirizza Konferenza tal-Aħbarijiet - Ritratt ta' Mediatoday

Il-Prim Ministru Robert Abela se jkun qed iressaq White Paper jew abbozz ta' liġi bħala l-aħħar pass fil-proċess ta' konsultazzjoni dwar il-Kannabis u l-użu ta' din id-droga.  F'din il-liġi il-Gvern mistenni jiproponi l-użu responsabbli tal-kannabis, apparti li jipproponi l-eliminazzjoni tal-arrest, fil-każ ta' pussess għall-użu personali.  

Dan kien żvelat fuq is-sit Lovin Malta li kkwotat lill-Prim Ministru Robert Abela jgħid illi meta l-Gvern imexxi l-limiti tal-pussess għal "livelli responsabbli" dawk li jagħmlu użu mill-kannabis ma jkollhomx għalfejn jiġu interrogati jew jittieħdu proċeduri legali kontrihom.  Huwa qal illi it-tipjip tal-kannabis fil-pubbliku mistenni jibqa' pprojbit.   

"Il-funzjoni tat-Tribunal tad-Drogi se jkun rivedut u mtejjeb," qal il-Prim Ministru Abela li sostna illi l-Gvern se jibqa' kommess li joħloq diskussjoni wiesa' ma' dawk kollha interessati biex il-pajjiż ikollu l-aqwa liġi. 

Il-kummenti tal-Prim Ministru jiġu wara li diversi politiċi fosthom l-MEP Nazzjonalista Roberta Metsola, il-Ministru Byron Camilleri u d-Deputat Mexxej Laburista Daniel Josè Micallef esprimew rabja għall-arrest ta' żewġ żgħażagħ li kienu qed ipejpu fil-kamra tal-lukanda tagħhom nhar Jum San Valentinu. 

Dawn it-tibdiliet qed ikunu ippilotati mis-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza Rosianne Cutajar, li f'messaġġ fuq Facebook dalgħodu wkoll stiednet lill-pubbliku biex jgħaddi l-ħsibijet tiegħu.  L-għaqda Caritas, il-Fonadazzjoni Oażi, Aġenzija Sedqa u l-Assoċjazzjoni tal-Psikjatrija f’Malta diġa' esprimew il-ħsibijiet tagħhom dwar din il-kwistjoni

F'dawn l-aħħar xhur, ħdimt biex ngħaqqad sett ta' proposti biex nimxu l-quddiem fil-qasam tal-kannabis għal użu...

Posted by Rosianne Cutajar on Thursday, February 18, 2021

More in Politika