Il-każi ġodda jerġgħu jiżdiedu għal 202 fl-aħħar 24 siegħa ... 11,000 jieħdu t-tieni doża tal-vaċċin

Intant fl-aħħar 24 siegħa tilfu ħajjithom żewġ persuni oħra li kienu pożittivi għall-Covid-19

In-numri tal-Covid-19 reġgħu żdiedu fl-aħħar 24 siegħa u qabżu l-200 każ ġdid.  Fil-fatt kienu b'kollox 202 każi ġodda tal-virus minn total ta' 3,206 swab tests li rriżultaw fl-aħħar 24 seigħa.  Intant fl-istess perjodu ta' ħin fiequ 146 persuna biex it-total ta' każi attivi issa huwa ta' 2,406. 

Intant inqabżu l-10,000 f'termini ta' persuni li ħadu t-tieni doża, hekk kif issa dan in-numru huwa ta' 11,050 biex sa issa ingħataw total ta' 41,285 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19. 

Intant fl-aħħar 24 siegħa mietu żewġ persuni oħrajn li kienu pożittivi għall-virus biex issa t-total ta' nies li tilfu ħajjiithom minn meta faqqget il-pandemija tela' għal 284. 

More in Politika