Salvu Dalli jingħata l-ħelsien mill-arrest; Akkużat li qatel lill-ibnu f'Awwissu li għadda

Dalli, magħruf bħala 'd-danger man' li għandu 68 sena, qed iwieġeb mhux ħati għall-qtil ta' ibnu Antoine Dalli ta' 37 sena

Salvu Dalli li qed ikun akkużat bil-qtil ta' ibnu f'Awwissu li għadda ngħata l-ħelsien mill-arrest illum wara li din l-istess talba ġiet miċħuda diversi drabi.

Dalli, magħruf bħala 'd-danger man' li għandu 68 sena, qed iwieġeb mhux ħati għall-qtil ta' ibnu Antoine Dalli ta' 37 sena. Il-każ seħħ fis-7 ta' Awwissu li għadda.

Minn dak li ħareġ fil-Qorti fis-seduti li għaddew kien intqal kif l-argument bejn il-missier u l-iben seħħ wara li Antoine Dalli, allegatament, ried jieħu flus ta' missieru biex jixtri d-droga.

Kien hawn li Dalli, allegatament qabad l-arma u spara lill-ibnu li miet b'tir f'sidru.

Il-Qorti laqgħet it-talba għal libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’  €30,000.

Huwa kien ordnat ukoll li jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija tliet darbiet fil-ġimgħa. Kien ordnat ukoll biex ma jersaqx lejn Ħal-Għaxaq sakemm jixhed xhud importanti fil-każ.

Il-każ ikompli fis-17 ta’ Marzu li ġej.

More in Politika