MEPs japellaw għal strateġija UE-Afrika b'enfasi fuq l-edukazzjoni u d-dinjità tal-immigranti

Il-Kumitat tal-Iżvilupp fil-Parlament Ewropew jappella għal fondi sostanzjali biex jintlaħqu l-miri ta' strateġija li tbiddel ir-relazzjoni bejn l-Ewropa u l-Afrika 

Il-Kumitat tal-Iżvilupp fil-Parlament Ewropew sostna illi l-Ewropa u l-Afrika għandhom jitilqu mir-relazzjoni ta' donatur-riċevitur u minflok il-Membri Parlamentari Ewropej fi ħdan dan il-kumitat adottaw - b'20 vot favur, tnejn kontra u tliet astensjonijiet - strateġija għal sħubija bejn l-UE u l-Afrika.  Din tkun strateġija li temfasizza l-bżonn ta' kooperazzjoni fuq Tranżizzjoni Ħadra, enerġija, trasformazzjoni diġitali, impjiegi sostenibbli, governanza tajba u l-immigrazzjoni. 

Il-priorità fi ftehim għall-futur għandha tkun l-edukazzjoni, inkluż taħriġ għall-għalliema, tnaqqis fir-rata ta' studenti li jitilqu mill-iskola kmieni u titjib fil-qasam tas-saħħa. 

L-MEPs qed jappellaw għal fondi "sostanzjali" biex ikunu ffaċilitati l-miri ta' dan il-ftehim. 

L-aspettativi tal-Kumitat għal strateġija futura bejn l-UE u l-Afrika huma:  1) - Appoġġ finanzjarju u tekniku fit-tul għal pajjiżi Afrikani biex jitjieb l-adattament għall-klima, 2) Appoġġ għal żona ta' kummerċ ħieles kontinentali 3) appelli u għajnuna biex l-IMF u l-Bank Dinji jnaqqsu ftit mid-djun u 4) priorità lid-dinjità tar-refuġjati u immigranti. 

More in Politika