MEPs: Kumpaniji fl-UE jridu jkunu konformi mal-livelli ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem

Il-Kumitat tal-Affarijiet Legali fil-Parlament Ewropew jipproponi li kumpaniji jinżammu kontabbli fejn jiksru jew jikkontribwixxu biex jinkisru d-drittijiet umani, l-istandards ambjentali u l-governanza tajba

Il-Parlament Ewropew jisħaq li l-istandards ambjentali għandhom ikunu inklużi fid-due diligence
Il-Parlament Ewropew jisħaq li l-istandards ambjentali għandhom ikunu inklużi fid-due diligence

Il-Kumitat tal-Affarijiet Legali fil-Parlament Ewropew witta' t-triq għal leġiżlazzjoni li tassigura illi l-kumpaniji fis-suq Ewropew - inkluż kumpaniji minn barra l-UE  - ikunu konformi mal-istandards ta' drittijiet tal-bniedem kif ukoll ma' livelli ambjentali.  Il-Membri Parlamentari Ewropej qed jisħqu illi d-due diliġence tal-kumpaniji għandu jidentifika, jindirizza u fejn hemm bżonn jirrimedja l-impatt tal-kumpanija fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent.  Kumpaniji li jibqgħu ma jkunux konfromi għandhom jiffaċċjaw sanzjonijiet filwaqt li tingħata għajnuna legali lill-vittmi f'pajjiżi terzi. 

L-inizzjattiva leġiżlattiva li għalissa għadu abbozz, kienet adottata permezz ta' 21 vot favur, wieħed kontra u astensjoni u titlob lill-Kummssjoni Ewropea biex b'urġenza tippreżenta liġi li tassigura illi kumpaniji jinżammu kontabbli fejn jiksru jew jikkontribwixxu biex jinkisru d-drittijiet umani, l-istandards ambjentali u l-governanza tajba.  Jeħtieġ tiggarantixxi wkoll rimedji legali għall-vittmi. 

L-MEPs iddeċidew ukoll favur li kumpaniji li jridu jaċċessaw is-suq intern Ewropew iridu jippruvaw illi huma konformi mal-obbligazzjonijiet ambjentali u ta' drittijiet umani. 

L-MEPs qalu illi qafas leġiżlattiv għandu jkun wiesa' u japplika għal kull kumpanija, inkluż dawk fis-servizzi finanzjarji. 

Ir-rapporteur Lara Wolters tal-S&D qalet illi liġi ġdida ta' due diligence għal korporazjononijiet se joħolqu standards għal kondotta responsabbli ta' negozju fl-Ewropa u lilhinn minnha.  "Dawn ir-regoli se jagħtu lill-vittmi drittijiet legali li jfittxu riparazzjonijiet u jassiguraw ġustizzja, kjarezza u level playing field għan-negozji, ħaddiema u konsumaturi." 

More in Politika