Arrestat raġel b'rabta ma' każ ta' attività sesswali ma' persuna taħt l-età

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin

Il-Pulizija arrestat raġel, mill-Pakistan,  li għandu 32 sena b’rabta ma’ allegat każ ta’ attività sesswali ma’ persuna taħt l-età.

Dan wara investigazzjonijiet li saru mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzji u dawk mid-Distrett ta’ Raħal Ġdid.

Dwar dan il-każ kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li fetħet inkjesta.

Intant, ir-raġel għadu arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin.

More in Politika