Tibdil minimu fl-ewwel reshuffle ta' Bernard Grech; Adrian Delia jagħżel li jibqa' barra

Claudette Buttigieg, Jason Azzopardi, Hermann Schiavone, Therese Comodini Cachia u Claudio Grech biss kellhom l-irwol tagħhom mibdul; Jidħol Joe Ellis

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ħabbar ir-reshuffle tas-shodow cabinet anke jekk it-tibdil kien wieħed minimu, bl-eks Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jagħżel li ma jkollu l-ebda rwol bħala Kelliem tal-Oppożizzjoni.

L-uniku Deputati li kellhom l-irwol tagħhom mibdul huma:

  • Claudette Buttigieg li issa hija Kelliema għall-Politika Soċjali u Familja u li qabel kienet Kelliema għall-Ugwaljanza
  • Jason Azzopardi li issa huma Kelliem għax-Xogħol, Taħriġ, Kompettività u Intrapriża u li qabel kien Kelliem għall-Ġustizzja
  • Hermann Schiavone li issa huwa Kelliem għall-Ippjanar u l-Kostruzzjoni u li qabel kien Kelliem għad-Drittijiet tal-Konsumatur, Indafa Pubblika u l-Industrija tad-Divertiment.
  • Therese Comidini Cachia li issa hija Kelliema għad-Drittijiet Umani, il-Governanza t-Tajna u s-Saltna tad-Dritt u li qabel kienet kelliema għall-Patrimonju Nazzjonali, Arti, Kultura u Midja
  • Claudio Grech - issa huwa Kelliem għat-Tiġdid Politiku, Riċerka u Innovazzjoni u li qabel kien kelliem għall-Ekonomija.

Il-maġġoranza tad-Deputati baqgħu jżommu l-istess irwoli. Fl-aħħar jiem, diversi rapporti kienu qed jisħqu li l-Kap Nazzjonalista kien qed jiffaċċja reżistenza interna minn Deputati li ma xtaqux bidla fl-irwol tagħhom u anke minn barra, fosthom minn kostitwenti fit-tieni distrett hekk kif rapporti kienu qed jisħqu li Stephen Spiteri ma kienx se jibqa' Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa.

Forsi l-aktar bidla importanti kienet dik għal Claudio Grech, li fost irwoli oħra, Bernard Grech qed jafdah bit-Trasformazzjoni u l-Innovazzjoni tal-Politika tal-Partit Nazzjonalista, tfassil tal-viżjoni Soċjo-ekonomika, l-implimentazzjoni tal-Policy Clusters u anke tfassil tal-Programm Elettorali.

Il-lista tar-responsabbiltajiet tal-membri tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista:

Il-Grupp Parlamentari hu fundamentali għat-tiġdid li rrid nara fil-Partit Nazzjonalista. Tul dawn l-aħħar mitt jum bħala...

Posted by Bernard Grech on Wednesday, 20 January 2021

Kap tal-Oppożizzjoni

L-Onor. Bernard Grech

Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Parlament u Kelliem għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja

L-Onor. David Agius

Responsabbli mill-Pensjonijiet, Politika dwar it-Tfal, Inklużjoni u Kwalità ta’ Ħajja Aħjar u Social well-being

Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit u Kelliem għat-Turiżmu

L-Onor. Robert Arrigo

Responsabbli mis-settur tat-Turiżmu 

Whip u Kelliem għall-Ambjent u Tibdil fil-Klima 

L-Onor. Robert Cutajar

Responsabbli mill-Politika Ambjentali u għar-Riżorsi, Politika dwar Tibdil fil-Klima, Strateġija għall-Immaniġġjar tal-Iskart, Proġetti Ambjentali, Żoni Marini Protetti, Natura 2000, Tisbiħ Urban

Segretarju tal-Grupp Parlamentari u Kelliem għall-Ġustizzja 

L-Onor. Karol Aquilina

Responsabbli mis-settur tal-Ġustizzja u mir-Riforma Elettorali

Deputat Whip u Kelliem għall-Fondi Ewropej u l-Għaqdiet Volontarji

L-Onor. Kevin Cutajar

Responsabbli mill-Fondi u Programmi Ewropej, State Aid u mis-settur tal-Għaqdiet Volontarji u Non Governattivi

Deputat Whip u Kelliem għall-Gvern Lokali, Wirt Nazzjonali u ż-Żgħażagħ 

L-Onor. Karl Gouder

Responsabbli mill-Gvernijiet Lokali, l-Indafa Pubblika, l-Wirt Nazzjonali, Kultura u l-Arti u ż-Żgħażagħ

Deputat Speaker u Kelliem għall-Politika Soċjali u l-Familja 

L-Onor. Claudette Buttigieg

Responsabbli mill-Politika Soċjali, Politika dwar il-Familja, Sigurtà Soċjali u Servizzi ta’ Solidarjetà, Protezzjoni tal-Konsumatur u Membru tal-Covid Action Team

Kelliem għax-Xogħol, Taħriġ, Kompetittività u Intrapriża

L-Onor. Jason Azzopardi

Responsabbli mis-settur tax-Xogħol u t-Taħriġ, Malta Enterprise, Kompetittività u Relazzjonijiet Industrijali

Kelliem għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli u l-Ġlieda kontra l-Faqar

L-Onor. Ivan Bartolo

Responsabbli mis-settur tal-Akkomodazzjoni Soċjali, Politika għal Akkomodazzjoni Affordabbli u l-Ġlieda kontra l-Faqar

Kelliem għat-Trasport u l-Infrastruttura 

L-Onor. Anthony Bezzina

Responsabbli mis-Settur tat-Trasport u l-Infrastruttura, Portijiet, Avjazzjoni u Affarijiet Marittimi 

Kelliem għall-Politika dwar l-Ilma u l-Enerġija u l-vilupp Sostenibbli

L-Onor. Ryan Callus

Responsabbli mill-Immaniġġjar tal-Ilma, Politika dwar l-Enerġija, Enerġija Alternattiva, Ħarsien u mmaniġġjar tal-Parks u Widien u l-vilupp Sostenibbli.

Kelliem għad-Drittijiet Umani u l-Governanza Tajba

L-Onor. Therese Comodini Cachia

Responsabbli mid-Drittijiet Umani, Governanza Tajba u r-Rule of Law

Kelliem għall-Finanzi 

L-Onor. Mario De Marco 

Responsabbli mill-Finanzi u l-Airmalta

Kelliema għall-Iżvilupp Ekonomiku u l-Industrija

L-Onor. Kristy Debono 

Responsabbli mis-Settur Ekonomiku, Servizzi Finanzjarji, Gaming, Artijiet, Ħolqien ta’ Setturi Ekonomiċi Ġodda u s-Settur Industrijali.

Kelliema għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità

L-Onor. Maria Deguara 

Responsabbli mis-Settur tal-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u membru tal-Covid Action Team

Kelliem għar-Riforma Kostituzzjonali, d-Djalogu Soċjali u x-Xandir Nazzjonali

L-Onor. Joseph Ellis

Responsabbli mid-Diskussjonijiet dwar ir-Riforma Kostituzzjonali, d-Djalogu Soċjali, x-Xandir Nazzjonali u l-Amministrazzjoni Pubblika

Kelliem għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u ċ-Ċittadinanza

L-Onor. Beppe Fenech Adami

Responsabbli mill-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali, l-Immigrazzjoni u ċ-Ċittadinanza

Kelliem għas-Saħħa Mentali u d-Drittijiet tal-Annimali

L-Onor. Mario Galea

Responsabbli mis-settur tas-Saħħa Mentali, Dimensja, ġlieda kontra d-Dijabete u d-Drittijiet tal-Annimali

Kelliem għat-Tiġdid Politiku, Riċerka u Innovazzjoni

L-Onor. Claudio Grech

Responsabbli mit-Trasformazzjoni u l-Innovazzjoni tal-Politika tal-Partit Nazzjonalista, tfassil tal-viżjoni Soċjo-ekonomika, l-implimentazzjoni tal-Policy Clusters, tfassil tal-Programm Elettorali, Riċerka, Innovazzjoni, Xjenza u Teknoloġiji u l-pjan tal-irkupru wara l-Covid-19. Membru tal-Covid Action Team.

Kelliem għall-Affarijiet Barranin u Ewropej

L-Onor. Karm Mifsud Bonnici

Responsabbli mir-Relazzjonijiet ta’ Malta ma’ Pajjiżi Barranin 

Kelliem għall-Edukazzjoni u l-Isport

L-Onor. Clyde Puli

Responsabbli mis-settur tal-Edukazzjoni, l-Isport, ġlieda kontra l-Obeżità u membru fil-Covid Action Team

Kelliem għal Għawdex

L-Onor. Chris Said

Responsabbli għal Għawdex

Kelliem għall-Ippjanar u l-Industrija tal-Kostruzzjoni

L-Onor. Hermann Schiavone 

Responsabbli mill-Ippjanar tal-vilupp, is-Suq tal-Propjetà, l-Industrija tal-Kostruzzjoni, u l-Port Ħieles 

Kelliem għas-Saħħa u r-rispons għall-Pandemija

L-Onor. Stephen Spiteri 

Responsabbli mis-Settur tas-Saħħa u membru fil-Covid Action Team

Kelliem għall-Ekonomija l-Ħadra u l-Proġetti Kapitali

L-Onor. David Thake

Responsabbli mill-Ekonomija l-Ħadra u l-Proġetti Kapitali

Kelliem għall-Agrikoltura, Sajd u n-Negozji ż-Żgħar

L-Onor. Edwin Vassallo

Responsabbli mis-settur tal-Biedja u s-Sajd, Ħarsien tad-Delizzji tradizzjonali inkluż Kaċċa u Nsib, is-settur tal-Koperattivi u s-settur tan-Negozji ż-Żgħar.

More in Politika