Il-familja Pace 'ddiżappuntata u mħawda' għax ir-rapport dwar l-inċident mhux se jkun ippubblikat

L-avukat tal-familja ta' Miriam Pace - li mietet is-sena l-oħra wara inċident tal-kostruzzjoni - jgħid li l-familja hija diżappuntata li l-PM indika li r-rapport dwar mewtha mhux se jkun ippubblikat

Carmel Pace Ritratt ta' James Bianchi
Carmel Pace Ritratt ta' James Bianchi

L-Avukat tal-familja ta' Miriam Pace li mietet is-sena l-oħra wara li d-dar tagħha biswit sit ta' kostruzzjoni wagħet esprima d-diżappunt ttal-familja għall-fatt li r-rapport dwar dan l-inċident mhux se jkun qed jiġi ppubblikat.  L-avukat David Bonello, f'kummenti mal-ġurnal The Times sostna li l-familja hija "mħawda u ddiżappuntata" għall-fatt li l-Prim Ministru Robert Abela indika li dan ir-rapport mhux se jiġi ppubblikat.  Huwa qal li r-rakkmandazzjonijiet tar-rapport iżda se jkunu implimentati. 

Ir-raġel ta' Miriam Pace, Carmel Pace, għamel diversi appelli anke diretti lill-Prim Ministru biex ir-rapport ikun ippubblikat u jekk hemm bżonn tinbeda inkjesta pubblika fil-qtil tagħha. 

Il-mewt ta' Pace - omm ta' tnejn minn nies - qajjem għagħa kbira kontra s-settur tal-kostruzzjoni wara numru ta' inċidenti madwar il-pajjiż ta' binjiet jaqgħu, maġenb siti ta' kostruzzjoni. 

Fuq il-każ il-perit Roderick Camilleri, it-Tekniku Anthony Mangion, il-kuntrattur Ludwig Dimech u Nicholas Spiteri tressqu l-Qorti akkużati li wasslu għall-mewt ta' Miriam Pace minġabba negliġenza. 

More in Politika