Ifiqu 127 persuna u jinstabu 121 każ ġdid ta' Covid-19; Tmut persuna

L-għadd ta' testijiet baqa' wieħed għoli, hekk kif ilbieraħ saru 3,512 testijiet

Għal-lum fiequ aktar pazjenti milli nstabu każi ġodda ta' Covid-19. Fil-fatt, illum instabu 121 każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li 127 pazjent ġew ikkonfermati mfejqa.

L-għadd ta' testijiet baqa' wieħed għoli, hekk kif ilbieraħ saru 3,512 testijiet.

Hekk, il-każi attivi f'Malta naqsu bi ftit għal 2,594 każ.

Jidher ukoll li mietet persuna oħra bil-virus biex b'kollox, f'Malta, il-Covid-19 ħalla 235 vittma.

Mill-każi mħabbra lbieraħ, 42 każ kienu fost qraba u 11-il persuna ħadu l-virus minn fuq il-post tax-xogħol.

Apparti minn hekk kien hemm 12-il każ minn ġemgħat soċjali, filwaqt li kien hemm disa' persuni li ħadu l-virus wara li ġew f'kuntatt dirett ma' persuni oħra pożittivi għall-Covid-19.

 

More in Politika