'Il-protesti kontra l-flyover fl-Imrieħel huma ġustifikati bil-kbir' ... Sant iwieġeb lil Ian Borg

Sant fakkar li x-xahar li għadda, il-Ministru Ian Borg ta l-parir biex qabel ma jkun iġġudikat il-proġett wieħed iħares lejn il-pjani

L-eks Prim Ministru u l-Ewroparlamentari Alfred Sant reġa' kiteb fuq Facebook dwar il-pjani għal proġett ta' flyover li Infrastructure Malta qed tħejji għall-Imrieħel u insista li l-protesti kienu ġġustifikati.

Sant fakkar li x-xahar li għadda, il-Ministru Ian Borg ta l-parir biex qabel ma jkun iġġudikat il-proġett wieħed iħares lejn il-pjani.

"Erġajt ħarist lejn il-pjan li kien ħareġ (jew verżjoni tiegħu) jumejn qabel tkellem Ian, li dejjem appoġġjajt għall-ħila tiegħu biex iwettaq. Imma bir-rispett kollu, nemmen issa wara li flejt dak li kelli nifli, li l-protesti kontra l-proġett huma ġustifikati bil-kbir," kiteb Alfred Sant.

Ix-xahar l-ieħor, il-ħabib tiegħi l-ministru Ian Borg tana l-parir biex qabel niġġudikaw dwar il-proġett ta’ flyover li...

Posted by Alfred Sant on Tuesday, 12 January 2021

ll-pjani għal dan il-proġett ġew żvelati waqt protesta mill-bdiewa, residenti u anke l-Moviment Graffitti u kien ikkritikat kemm minn Sant, mill-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca u anke mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi.

"Ma nara l-ebda value added serju fil-proposta tal-flyover, ħlief forsi xi darba għall-promoturi tat-torrijiet tal-Imrieħel. Ma rridx nemmen li dik hi r-raġuni kollha wara l-proposta. Min-naħa l-oħra, anke dwar kemm il-flyover jista’ jgħinhom ninsab dubjuż," saħaq Sant. Lil dawn it-talin, l-aħjar “għajnuna” li tista tagħtihom hu billi tħoll it-taħwid li dejjem baqa’ sejjer fil-mod kif iż-żona industrijali tal-Imrieħel hi organizzata u mmexxija."

Temm jisħaq li ma hemm xejn fil-proġett li jiġġustifika aktar qerda ta’ art agrikola f’waħda mill-aktar żoni għammiela ta’ Malta.

More in Politika