Filmat | 'Kont, għadni u se nibqa' pożittiv' - Abela fl-ewwel sena minn meta sar Prim Ministru

Saħaq ukoll kif tul din is-sena kien onest kif kien ukoll il-Gvern li jmexxi

Bħal-lum sena, Robert Abela kien elett Mexxej tal-Partit Laburista u effettivament Prim Ministru ta' Malta.

F'filmat ippubblikat fuq Facebook, il-Prim Ministru insista li din is-sena kienet waħda ta' sfidi, madanakollu saħaq li kien għadu u se jibqa' pożittiv u ottimist.

Saħaq ukoll li l-Gvern, f'din is-sena, ħa deċiżjonijiet kruċjali u għax żamm sod, il-pajjiż se jkun kapaċi "jerġa' jitlaq jiġri 'l quddiem."

"Kont onest kif kien il-Gvern li mmexxi," saħaq il-Prim Ministru.

Qal li din il-ġimgħa se jkun qed iqattagħha fil-komunitajiet fejn in-nies jgħixu u jaħdmu waqt li wiegħed li se jibqa' dejjem viċin in-nies.

"Miegħi tafu fejn qegħdin," temm jisħaq il-Prim Ministru.

More in Politika