70 anzjan fi kwarantina, tmienja pożittivi għall-Covid-19 wara li attendew tombla u ikla

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika twissi kontra attivitajiet, speċjalment dawk li jinvolvu anzjani

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci, waqt konferenza tal-aħbarijiet, qalet illi Malta għandha tliet każi tal-varjant tal-Covid-19:  Żewġ barranin li jinsabu fi kwarantina u Maltija - li dwarha għadha għaddejja investigazzjoni.  Gauci kienet qed tirreaġixxi għall-aħbar dalgħodu wara tweet mid-Deputat PM Chris Fearne.  Hija qalet li l-awtoritajiet se jibqgħu jkunu viġilanti, jibqa' jsir ħafna contact tracing filwaqt li l-popolazzjoni tibqa' ssegwi r-regoli u miżuri ta' prevenzjoni.  Fl-istess konferenza Gauci wissiet ukoll kontra attivitajiet - speċjalment dawk marbutin mal-anzjani -  hekk kif 70 anzjan kellhom jitpoġġew fi kwarantina wara li attendew ikla u tombla, bi tmienja minnhom sa issa jinstabu pożittivi għall-Covid-19.

Gauci qalet illi l-medja bħalissa ta' każi hija ta' 90 każ kuljum li hija żieda mill-ġdid, wara l-ġranet tal-Milied u qalet illi fl-aħħar ġimgħa rriżultaw 152 każ minn clusters, 63 każ mill-post tax-xogħol u 37 minn laqgħat soċjali.

Qalet ukoll li fl-ITU bħalissa hemm 12-il pazjent bil-Covid-19.

More in Politika