Ir-rata ta' pożittività tal-Covid-19 tinżel taħt il-4% ... fil-Bulgarija u l-Polonja taqbeż il-40%

Hekk kif ir-rata ta' pożittività f'Malta tibqa' baxxa Charmaine Gauci tgħid li dan juri kemm hemm bżonn jiġu osservati r-regoli u miżuri ta' prevenzjoni

Ir-rata ta' pożittività ta' Covid-19 f'Malta tibqa' baxxa
Ir-rata ta' pożittività ta' Covid-19 f'Malta tibqa' baxxa

Ir-rata ta' każi pożittivi mit-testijiet li jsiru f'pajjiżna għall-Covid-19 kienet ta' madwar 4% fl-aħħar ġimgħat u waqgħet taħt il-4% din il-ġimgħa (3.4%). Dan meta l-ogħla rati fl-Ewropa, skont l-European Centre fo Disease Prevention and Control (ECDC) - huma ta' 48.6% fil-Polonja, 40% fil-Bulgarija u 35.6% fil-Kroazja. 

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci fil-konferenza ta' kull ġimgħa qalet illi dan juri kemm il-miżuri ta' prevenzjoni u mitigazzjoni huma importanti u kemm hemm bżonn jibqgħu jkunu segwiti u rispettati. 

"Malta konna fuq quddiem fl-ittestjar u meta nqabblu r-rata ta' pożitività ta' Malta ma' dik ta' pajjiżi oħrajn naraw li din mhix daqstant għolja," qalet Gauci li fl-istess ħin wissiet iżda kontra nuqqas ta' osservanza tar-regoli. 

Hi reġgħet qalet illi n-numri ta' Covid-19 f'Malta baqgħu stabbli bil-medja din il-ġimgħa fil-fatt tonqos ftit meta mqabbel mal-ġimgħa ta' qabel, minn 120 każ kuljum għal 113. 

HIja spjegat ukoll kif matul din il-ġimgħa kien hemm b'kollox 17-il persuna li tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19, bil-maġġoranza tkun ta' rġiel bejn il-75 u 84 sena.

L-akbar clusters baqgħu persuni li jirriżultaw fil-pożittiv u li jkunu jgħixu fl-istess residenza, b'Gauci tappella biex meta persuna tirriżulta fil-pożittiv hi tiġi iżolata mill-ewwel mill-bqija tal-persuni fl-istess residenza. 

Intant is-sitwazjoni fl-Isptarijiet u djar hija kif ġej (numri ta' persuni pożittivi f'kull sptar/home): ITU (17), Infectuous Diseases Unit (11), kumplament tas-swali f'Mater Dei (45), L-Isptar Boffa (23), St.Thomas Hospital (24), l-Isptar Karin Grech (10), l-Isptar Good Samaritan (64), L-isptar Monte Carmeli (6) u l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex (3). 

 

More in Politika