133 każ ġdid u 107 jfiequ mill-Covid-19 ... il-każi attivi jibqgħu ftit iktar minn 2,000

133 każ ġdid minn 2,664 test għall-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa ...

Fl-aħħar 24 siegħa kien hemm 133 każ ġdid ta Covid-19, li minnhom ħafna kienu sporadiċi - u allura mhux magħruf minn fejn il-persuna ħadet l-Covid-19.  Dan filwaqt li 16-il każ kienu ta' membri tal-familji ta' persuni diġa' pożittivi għall-Covid-19, ħames każi kienu ta' tixrid fuq il-post tax-xogħol, tlieta minn kuntatt dirett ma' persuni pożittivi u każ minn laqgħat soċjali. 

B'kollox saru 2,664 test filwaqt li fl-istess 24 siegħa fiequ 107 persuni.

Dan ifisser illi issa l-każi attivi baqgħu ftit iktar minn 2,000, preċiżament 2,082 każ pożittiv. 

More in Politika