L-akbar sorsi ta' tixrid tal-Covid-19 huma familji ta' persuni pożittivi u postijiet tax-xogħol

208 persuni attivi jinsabu fi sptarijiet madwar il-pajjiż bħalissa

208 persuni fi sptarijiet madwar il-pajjiż bħalissa
208 persuni fi sptarijiet madwar il-pajjiż bħalissa

L-akbar żewġ sorsi ta' tixrid tal-Covid-19 kienu fost il-familji ta' persuni li ħadu l-Covid-19 b'99 każ matul din il-ġimgħa u fuq il-postijiet tax-xogħol fejn irriżultaw 45 każ.  Intant 17-il każ kienu ta' laqgħat soċjali u tmien każi kienu importati.  Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci appellat lil min iħaddem biex fejn huwa possibbli l-impjegati jaħdmu mid-dar.  Qalet ukoll li huwa importanti li persuni jaħdmu f'uffiċċji jilbsu l-maskri u jżommu d-distanza soċjali.  

Intant hi spjegat ukoll kif bħalissa hemm 208 persuna attiva bil-Covid-19 fi sptarijiet madwar Malta.  B'kollox hemm 13-il pazjent l-ITU, 36 persuna fi swali tal-Isptar Mater Dei li huma riservati għall-Covid-19, 10 fl-Infectuous Diseases Unit, 42 persuna fl-Isptar Boffa, 24 fl-Isptar St. Thomas, 69 fl-Isptar tas-Samaritan it-Tajjeb, tlieta Monte Carmeli u 11 fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.  Ma kien hemm ebda każ fl-Isdptar Karin Grech. 

Intant illum Malta kellha 150 każ ġdid minn 3,035 test u 101 każ ta' persuni li fiequ mill-Covid-19, filwaqt illi sa issa mietu 92 persuna minn meta faqqgħet il-pandemija. 

 

 

More in Politika