Tliet anzjani oħra jisfaw vittma tal-Covid-19; L-għadd tal-vittmi jitla' għal 81

L-anzjani għandhom 75, 79 u 87 sena

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li tliet anzjani mietu waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19.

Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 79 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-1 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ, anzjan ta’ 87 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-3 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ, anzjan ta’ 75 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-6 ta’ Novembru, miet kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Dan ifisser li l-għadd tal-vittmi issa tela' għal 81.

More in Politika