Tidħol fl-Emerġenza pożittiva għall-Covid-19 u jinqala' paniku ... appell biex iċċemplu u tieħdu parir

Jekk għandkhom il-Covid-19 u għandkhom bżonn għajnuna medika ċemplu n-numru fl-artiklu ...

Sorsi mill-Emerġenza tal-isptar Mater Dei spjegaw kif iktar kmieni llum inqala' paniku fl-Isptar Mater Dei hekk kif mara li kellha bżonn tieħu ħsieb xi kundizzjoni marret fl-Emerġenza meta hija pożittiva għall-Covid-19.  Is-sorsi tal-illum.com.mt qalu illi l-mara marret ma' xi qraba tagħha u ma nfurmatx lill-membru tas-sigurtà mal-bieb li hija pożittiva għall-Covid-19. 

Minflok infurmat lir-reception xħin kienet diġa' ġewwa, f'liema punt inqala' paniku anke fost dawk li kienu preżenti qed jistennew. 

Is-sorsi tas-sit appellaw biex ħadd li jkun pożittiv ma joħroġ mid-dar u speċjalment ħadd ma jmur l-Isptar.  Minflok qed ifakkru li hemm numru: 23266111 li persuni pożittivi għandhom iċemplu sabiex tabib jidderiġihom. 

More in Politika