Filmat | Il-Gvern jivvota kontra l-mozzjoni tal-PN dwar l-Electrogas ... Grech jgħid li l-Gvern kompliċi

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech jgħid li hekk kif il-Gvern ivvota kontra Bord ta' inkjesta dwar il-kuntratt tal-Electrogas irrenda lilu nnifsu kompliċi 

Bernard Grech, Kap tal-Oppożizzjoni
Bernard Grech, Kap tal-Oppożizzjoni

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li issa huwa ċar kif Robert Abela u l-Grupp Parlamentari kollu tal-Gvern Laburista jridu jkomplu jaħbu l-verita Huwa kien qed jgħid dan wara li l-Gvern ivvota kopntra mozzjoni tal-Oppożizzjoni biex jinħatar Bord ta' inkjesta li jinvestiga l-kuntratt tal-Eletrogas.

Il-Kap Nazzjonalista qal li ħafna mill-Ministri tal-Gvern xehdu fix-xhieda mogħtija fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia fejn "min waħħal f’Keith Schembri għax kellu wisq poter, min f’Konrad Mizzi għax missu rriżenja u min f’Joseph Muscat għax ħallihom jagħmlu li jridu. Fi ftit kliem, sabuha faċli jwaħħlu f’ħaddieħor illum meta dar ir-riħ u bdiet toħroġ il-verita’."

Bernard Grech qal li l-opportunita’ li ta il-Partit Nazzjonalista lil Gvern, mhux li jinħafer dak li ġara għax l-istorja ma jista’ jħassarha ħadd, iżda l-opportunita’ li jkunu man-naħa t-tajba ġiet injorata.

Bernard Grech qal li Robert Abela issa "m’għadx għandu aktar skużi li dak li seħħ ma seħħx fi żmienu għaliex issa bl-għażla tiegħu stess se jkomplu jkunu komplici ma’ dak il-ftehim illi l-Awditur Ġenerali stess diġa’ qal illi fih ħafna irregolaritajiet. Tort ta’ dan il-kuntratt korrott u li l-Gvern Laburista jrid ikompli jaħbi l-verita’ tiegħu, kull sena l-poplu Malti qed jinsteraq €91 miljun fis-sena illi kieku miflok seta’ jgawdihom f’roħs ħafna ikbar tad-dawl u l-ilma."

 

More in Politika