Baġit 2021 | €300 fis-sena għall-ġenituri li jitilqu mix-xogħol biex jieħdu ħsieb wild b'diżabilità

Aktar għajnuna għall-persuni b'diżabbiltà li ma jistgħux jaħdmu

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna, fid-diskors tal-Baġit, spjega li kif mwiegħed fil-programm elettorali, minn Jannar li ġej il-Gvern se jkun qed jintroduċi benefiċċju ġdid għall-ġenituri li jkollhom jieqfu mix-xogħol biex jieħdu ħsieb wild b’diżabbiltà fl-età ta’ aktar minn 16-il sena u li jkunu intitolati għall-Assistenza Miżjuda għal Diżabbiltà Severa.

Il-benefiċċju, bl-isem ta’ Għotja għal Carer, ser jkun ta’ €300 fis-sena.

Apparti minn hekk, mis-sena d-dieħla, il-Gvern se jgħolli l-parametri tal-Barthel Index minn tmienja għal disa’ u anke se jwessa' l-parametri għal kundizzjonijiet ta’ diżabbiltà intellettwali, biex aktar persuni li għandhom xi forma ta’ diżabbiltà u ma jistgħux jaħdmu, isiru eliġibbli għall-assistenza miżjuda wkoll.

More in Politika