Imut id-Deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi

Azzopardi kien Deputat fuq it-13-il distrett - kondoljanzi minn sħabu, kollegi u l-Kap tal-PN Bernard Grech

Frederick Azzopardi
Frederick Azzopardi

Id-Deputat Nazzjonalista Għawdxi Frederick Azzopardi miet iktar kmieni illejla.  Azzopardi kien ilu jiġi elett fil-Parlament mill-1998 u kien elett l-aħħar darba fl-aħħar elezzjoni ġenerali tal-2017.

Azzopardi twieled fil-15 ta' Settembru 1949 u kien mir-Rabat Għawdex. 

Diversi kummenti ta' kondoljanzi u kuraġġ kif ukoll tifkiriet qed iduru fuq il-midja soċjali minn Deputati u attivisti Nazzjonalisti jfakkru lil Azzopardi.  Fost dawn, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech li qal illi Frederick Azzopardi kien eżempju "ta’ kif tista’ tkun ta’ servizz għal ħaddieħor. Politiku li dejjem ġab il-ġid tal-komunità Għawdxija fiċ-ċentru tal-ħidma tiegħu.  L-Għawdxin, elezzjoni wara oħra għażluh bħala r-rappreżentant denju tagħhom."

Grech qal illi llum "tlifna wieħed minna."

Insellem il-memorja ta’ Frederick Azzopardi li għadda għall-ħajja ta’ dejjem illejla. Frederick kien eżempju ta’ kif...

Posted by Bernard Grech on Saturday, October 17, 2020

Il-mewt ta' Azzopardi tħalli spazju fil-Parlament għas-siġġu tiegħu fuq it-13-il distrett.

More in Politika