Il-każi ta' Covid-19 jiżdiedu bil-kbir b'204 każi ġodda fl-aħħar 24 siegħa ... 905 każi f'ġimgħa

Fl-istess perjodu ta' 24 siegħa jfiequ 42 persuna oħra

Il-każi ta' Covid-19 f'pajjiżna komplew bix-xejra 'l fuq b'ġimgħa rekord ta' każi ġodda ta' coronavirus.  Illum irriżultaw rekord ta' każi b'204 każi ġodda, numru bla preċedent min meta faqqgħet il-pandemija f'Marzu u d-doppju tan-numri li kienu qed jiġu rreġistrati fl-aħħar jiem. 

Dan ifisser illi f'ġimgħa Malta kellha 905 każi ġodda.  Is-Sibt li għadda Malta kellha 100 każ ġdid, il-Ħadd 95, it-Tnejn 68, it-Tlieta 93, l-Erbgħa 111, il-Ħamis 112, il-Ġimgħa 122 u s-Sibt 204 akażi ġodda. 

Intant fl-istess 24 siegħa fiequ 42 persuna li allura jfisser illi t-total ta' każi attivi tela' għal 1,257.

Matul l-istess ġimgħa fiequ b'kollox 269 persuna minn dan il-virus hekk kif:  Is-Sibt li għadda fiqu 221, il-Ħadd 30, it-Tnejn 14, it-Tlieta 31, l-Erbgħa 52, il-Ħamis 42, il-Ġimgħa 36 u llum 42.

In-numri għolja tal-lum jiġu wara konferenza lbieraħ illi fiha l-Prim Ministru Robert Abela illi matulha insista li "s-sitwazzjoni hija taħt kontroll."  Hu ħabbar miżuri ġodda:  Maskri li jeħtieġ jintlibsu kullimkien u bars u każini se jibdew jgħalqu fil-11 p.m.

More in Politika