'Dmir tagħna li nuru rispett lejn il-ħidma u l-kuraġġ li kellha Daphne' - Bernard Grech

Bernard Grech intlaqa' mir-raġel u anke t-tfal tal-ġurnalista

Illum waranofsinhar, fil-ħin eżatt li fih, bħal-lum tliet snin inqatlet Daphne Caruana Galizia, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, flimkien ma' martu, żaru l-Bidnija, fil-post eżatt fejn seħħ l-assassinju li heżżeż pajjiż.

Din kienet l-ewwel darba, wara tliet snin, li l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN żar il-Bidnija. Grech intlaqa' mir-raġel ta' Daphne u anke binha Matthew.

"Kien dmir tagħna li nuru rispett lejn il-ħidma u kuraġġ bla kantunieri li kellha Daphne Caruana Galizia, u ukoll opportunità biex verament nagħtu l-appoġġ u nuru s-solidarietà tagħna ma’ żewgha, it-tfal, ħutha u l-ġenituri ta’ Daphne. Familja li għaddiet u għadha għaddejja minn żmien iebes li diffiċli li wieħed jifhem," kiteb fuq Facebook Grech.

Insista li l-Partit Nazzjonalista se jaħdem bla qies tagħna biex issir magħrufa l-verità kollha u ssir ġustizzja kemm mal-familja u anke mal-poplu Malti.

Illum waranofsinhar AnneMarie u jien flimkien ma’ Peter u Matthew Caruana Galizia żorna s-sit li jibqa' mfakkar għal...

Posted by Bernard Grech on Friday, 16 October 2020

More in Politika