Il-UPE tgħid li studenti qed jintalbu ma jmorrux l-iskola tal-isport f'Pembroke wara każ ta' Covid-19

Il-Middle School f'Tal-Ħandaq jidher illi talbet lil xi ġenituri biex jiġbru lil uliedhom minħabba każ ta' Covid-19 fi klassi

L-iskola tal-Isports f'Pembroke
L-iskola tal-Isports f'Pembroke

Il-Unjin tal-Edukaturi Professjonali (UPE) qalet illi fl-aħħar sigħat irriżulta każ fl-Iskola tal-Isports f'Pembroke u għalhekk irrappurtat kif l-iskola qed tħeġġeġ lill-ġenituri biex ma jibgħatux lit-tfal f'din l-iskola għal-lum.  Dan is-sit ma setax jagħmel kuntatt ma' din l-iskola, bil-linja tat-telefon tkun maqtugħa l-ħin kollu. 

Intant jidher illi ġenituri ta' ulied fi klassi partikolari fl-iskola ta' San Injazju f'Tal Ħandaq fejn irriżulta wkoll każ pożittiv ta' Covid-19 intalbu jiġbru lil uliedhom biex dawn ikunu jistgħu joqgħodu fi kwarantina.

II-UPE qed tirrapporta diversi każi madwar skejjel  - kif kien mistenni li se jiġri - b'mod speċjali ta' għalliema li mbagħad isegwu l-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa dwar dak li hemm bżonn isir. 

More in Politika