Graffitti takkuża lill-Infrastructure Malta li qed tikser il-liġi meta bdiet tneħħi siġar f'Ħad Dingli

Il-Moviment Graffitti sostna illi Infrastrucutre Malta bdiet taqta' siġar f'Ħad Dingli mingħajr ma stenniet għat-30 jum illi fih jista' jsir appell għad-deċiżjoni

Il-qtugħ tas-siġar
Il-qtugħ tas-siġar

Il-Moviment Graffitti akkuża lil Infrastructure Malta illi qed tikser il-liġi meta illum bdiet taqta' siġar f'Ħad Dingli l-għada biss li ngaħat l-permess, "meta l-pubbliku għandu dritt ta' 30 jum illi fih jista' jappella d-deċiżjoni." 

Residenti u membri tal-moviment marru fuq il-post biex ifakkru lil Infrastructure Malta dwar dan u jipprotestaw kontra l-qtugħ tas-siġar. 

Ilbieraħ l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet permess għal triq f'Ħad Dingli li se jfisser illi jitneħħew żewġ siġar tal-ħarrub li l-Moviment Graffitti jgħid li għandhom mijiet ta' snin.  L-istess moviment ilbieraħ qal li din it-triq li ddeskriva bħala "inutli" se tkun qed teqred raba' maħdum u siġar protetti.

Graffitti qalet li għalissa x-xogħol twaqqaf. 

Intant Arnold Cassola - kandidat indipendenti - dwar dan il-qtugħ ta' siġar saħaq illi l-Ministru Ian Borg u Frederick Azzopardi huma 'bullijiet arroganti pprotetti minn Robert Abela - li jaħsbu illi jistgħu jiksru l-liġi kif iridu."

More in Politika