Marie Louise Coleiro Preca, Alfred Sant u Karmenu Mifsud Bonnici jiffirmaw ittra lill-PM kontra l-ftehim SOFA

L-ittra qed tappella lill-Gvern biex ma jidħol fl-ebda ftehim ta’ din ix-xorta

Il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca, l-eks Prim Ministru Alfred Sant, l-eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici u Ann McKenna u Yana Mintoff (ulied l-eks Prim Ministru Dom Mintoff) kienu fost il-firmatariji ta’ ittra indirizzata lill-Prim Ministru u l-Kabinett fir-rigward ta’ rapporti riċenti dwar il-possibilità li jiġi ffirmat State of Foreign Forces Agreement (SOFA) bejn il-Gvern ta’ Malta u dak tal-Istati Uniti.

L-ittra, iffirmata wkoll mill-eks President tat-Tarzna ta’ Malta, Sammy Meilaq, u individwi oħra mill-qasam akkademiku, is-soċjetà ċivili, il-kleru, u numru ta’ eks impjegati u uffiċjali tat-Tarzna, tappella lill-Gvern biex ma jidħol fl-ebda ftehim ta’ din ix-xorta għal dawn ir-raġunijiet: 

  • Il-klawżoli ta’ newtralità fil-Kostituzzjoni, fejn iddikjaraw li kwalunkwe ftehim ta’ din it-tip imur kontra l-ittra u l-ispirtu ta’ dan id-dokument;
  • Is-sistema legali de facto b’żewġ livelli li tidħol fis-seħħ kieku Malta tidħol f’SOFA, u li tiddiskrimina bejn membri tal-forzi armati tal-Istati Uniti u r-residenti lokali, għad-detriment ta’ dawn tal-aħħar;
  • L-interventi militari riċenti fir-reġjun tal-Mediterran, li minbarra li kienu ta’ detriment għall-paċi, is-sigurtà u l-benessri, kienu katalizzatur tad-delitti tal-gwerra; u
  • Il-periklu li għalih tkun espost Malta kieku kellha tospita preżenza militari qawwija, u l-effett negattiv fuq l-ekonomija u l-benessri tal-pajjiż.

L-ittra tistieden lill-Gvern sabiex isegwi b’mod attiv il-paċi, is-sigurtà u l-progress soċjali bejn il-pajjiżi kollha, filwaqt li jirrifjuta li jipparteċipa f’azzjonijiet militari kif previst mill-Kostituzzjoni. 

L-ittra talbet ukoll lill-Kabinett sabiex pubblikament juri l-qbil tiegħu ma’ din it-talba.

Aqra wkoll:

L-ittra mibgħuta lill-PM u l-firmatarji tagħha

More in Politika