Laqgħat bejn il-Gvern Malti u dak Amerikan dwar ftehim SOFA u materji oħrajn

Sigħat wara li jkun żvelat illi hemm ċans li l-Gvern Malti jiffirma ftehim li jitratta l-militar Amerikan, is-Segretarju tad-Difiża Amerikana jiġi Malta

Is-Segretarju tad-Difiża Amerikana ħiereġ minn Kastilja .  Ritratt - James Bianchi - Mediatoday
Is-Segretarju tad-Difiża Amerikana ħiereġ minn Kastilja . Ritratt - James Bianchi - Mediatoday

Is-Segretarju tad-Difiża Amerikan Mark Esper kien Malta biex jiddiskuti ftehim SOFA wara li dan qajjem kontroversja lbieraħ.  Dan il-ftehim jara illi fost oħrajn, jagħti ċerti drittijiet u privileġġi lill-militar Amerikan li jkun Malta, fosthom li anke jekk jkunu Malta jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni Amerikana.

Dan qajjem reazzjonijiet negattivi hekk kif il-Moviment Graffitti qal li dan il-ftehim jumlija lil pajjiżna filwaqt li huwa "tradiment" tal-politika tan-newtralità li dejjem ħaddem pajjiżna.  L-Alternattiva Demokratika flimkien mal-Partit Demokratiku jisħqu li l-Istati Uniti ma jistgħux jiġu afdati, fin-nukleari u anke fiż-żamma tal-paċi. 

Il-problema li qed iqajmu bosta huwa li l-arranġament SOFA jmur kontra n-newtralità ta' pajjiżna li tinsab imnaqqxa fil-Kostituzzjoni.

Apparti dan il-ftehim fuq l-aġenda, mal-Prim Ministru Malti Robert Abela, l-aġenda ta' Esper f'Malta tinkludi l-immigrazzjoni. 

Ritratt:  James Bianchi - Mediatoday
Ritratt: James Bianchi - Mediatoday

 

More in Politika