Il-każi attivi ta' Covid-19 issa jlaħħqu t-820 hekk kif mill-bieraħ għal-lum instabu 68 każ ġdid ta' Covid-19.
B'kollox, ilbieraħ saru 1,940 test u apparti dawk pożittivi, irriżultaw 14-il pazjent li fiequ totalment mill-virus.
Il-każi tal-lum għadhom qed ikunu investigati iżda minn dawk tal-bieraħ kien hemm ħdax-il persuna li ħadu l-virus mingħand kollegi fuq il-post tax-xogħol, żewġ każi importati, każ minn paceville u każ minn ġemgħat.
Kien hemm ukoll 22 qraba ta' pazjenti li rriżultaw pożittiv fil-jiem li għaddew.
Dan ifisser li l-maġġoranza tal-każi tal-bieraħ kienu sporadiċi, jiġifieri mhux magħruf is-sors tal-virus.
Aqra wkoll: