Anzjan ieħor ta' 67 huwa t-43 vittma tal-Covid-19 f'Malta

L-anzjan iddaħħal l-Isptar Mater Dei fit-2 ta’ Ottubru, u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-11 ta’ Ottubru

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjan ta’ 67 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. 

L-anzjan iddaħħal l-Isptar Mater Dei fit-2 ta’ Ottubru, u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-11 ta’ Ottubru waqt li kien għadu rikoverat l-isptar.

Huwa miet l-Isptar Mater Dei. 

L-anzjan huwa t-43 vittma tal-Covid-19 f'Malta.

Aqra wkoll:

'L-ITU kważi mimli u dalwaqt mhux se jkampa' - Il-MAM tappella għal aktar miżuri restrittivi

More in Politika