Irrevokata parti mill-ordni tal-iffriżar tal-assi biex impjegati ta' Schembri setgħu jieħdu l-paga

78 impjegat li jaħdmu mal-kumpaniji li ġew affettwati mill-iffriżar tal-assi, kienu għamlu talba urġenti quddiem il-Qorti xahar li għadda bil-għan li jkunu jistgħu jieħdu l-pagi tagħhom.

Impjegati li jaħdmu fil-kumpaniji li tagħhom Keith Schembri huwa sid, irċevew il-pagi tagħhom wara li l-Avukat Ġenerali, Victoria Buttigieg, irrevokat sezzjoni mill-ordni tal-iffriżar tal-assi imposta fuq l-eks Chief of Staff, fost oħrajn.

78 impjegat li jaħdmu mal-kumpaniji li ġew affettwati mill-iffriżar tal-assi, għamlu talba urġenti quddiem il-Qorti x-xahar li għadda bil-għan li jkunu jistgħu jieħdu l-pagi tagħhom.

Madanakollu, qabel ittieħdet id-deċiżjoni tal-Qorti, skont it-Times of Malta, l-Avukat Ġenerali rrevokat parti mill-ordni biex l-impjegati setgħu ħadu l-pagi.

Il-bqija tal-ordni tibqa’ fis-seħħ.

It-talba ta’ dawn l-impjegati kienet saret ftit sigħat wara talba simili li minn sitt kumpaniji oħra ta’ Schembri. Dawn talbu permess biex temporanjament ikollhom aċċess għall-assi biex iħallsu lill-impjegai tagħhom.

Apparti Schembri, b’din l-ordni tal-iffriżar tal-assi, kienu ġew affetwati wkoll l-accountants tiegħu Brian Tonna, Karl Cini u Manuel Castagna. Dan apparti persuni oħra u għexieren ta’ kumpaniji.

L-iffriżar tal-assi daħlet fis-seħħ wara suspett ta’ reati marbuta ma’ ħasil ta’ flus. Fil-fatt, kemm Schembri u anke Tonna, Cini u Castagna ġew arrestati u interrogati mill-Pulizija.

L-erbgħa li huma għadhom fuq police bail.

More in Politika