Iktar riżenji fil-PN ... mistennija jirriżenjaw żewġ kunsilliera Nazzjonalisti f'San Pawl il-Baħar

Anthony Delia - ħu Adrian Delia - jirriżenja minn Kunsillier tal-Partit Nazzjonalista flimkien ma' Anne Fenech - se jibqgħu Kunsilliera indipendenti

Anthony Delia, ħu Adrian Delia
Anthony Delia, ħu Adrian Delia

Ħu Adrian Delia, Anthony Delia, huwa fost iż-żewġ Kunsilliera li rreżenjaw mill-Partit Nazzjonalista u li se jibqgħu Kunsilliera f'San Pawl il-Baħar imma bħala indipendenti. Kunsilliera oħra li se tirriżenja mill-PN hija l-eks Sindku ta' San Pawl il-Baħar Anne Fenech.

Dawn it-tnejn isegwu lil Charmaine Aquilina, l-uniku kunsilliera Nazzjonalista fil-Marsa, Deborah Mifsud mill-Kunsill Lokali ta' Birkirkara kif ukoll Doriana Portelli mill-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa li lkoll irriżenjaw mill-PN imma li baqgħu Kunsilliera indipendenti. 

Riżenja oħra kienet ta' Louise Tedesco, persuna magħrufa fost bosta li jsegwu l-midja tal-PN, minn Kunsilliera tal-PN fil-Ħamrun.  Tedesco wkoll baqgħet Kunsilliera indipendenti. 

Anne Fenech, Kunsilliera f'San Pawl il-Baħar
Anne Fenech, Kunsilliera f'San Pawl il-Baħar

Ilbieraħ wara l-ġurament tal-ħatra tiegħu bħala Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech sostna li hu se jkun qed jaħdem biex jikkonvinċi lil dawk kollha li qed jirriżenjaw jew jirritonaw it-tessera tal-Partit Nazzjonalista biex "jaħdmu għall-ġid tal-pajjiż u tal-partit." 

More in Politika