57 każ ġdid ta' Covid-19; Seba' edukaturi u student fost il-każi tal-bieraħ

Seba' każi oħra huma minn San Vinċenz de Paule

Fl-aħħar 24 siegħa, Malta rreġistrat 57 każ ġdid ta' Covid-19 biex issa l-każi attivi reġgħu qabżu l-500 każ.

Fil-fatt, hekk kif fiequ 12-il pazjent ieħor, Malta għandha issa 518-il każ attiv. 

Intant, mill-każi tal-bieraħ, kien hemm seba' edukaturi u anke student hekk kif issa l-iskejjel reġgħu fetħu l-bibien tagħhom.

Apparti minn hekk, mill-każi mħabbra lbieraħ, kien hemm ukoll seba' persuni minn San Vinċenz de Paule.

Kien hemm ukoll każ importat u każ ieħor mill-cluster ta' Paceville.

Ilbieraħ saru 2,176 test.

More in Politika