Sitt kumpaniji ta' Schembri jitolbu biex titneħħa temporanjament l-ordni ta' iffriżar

Il-Qorti kienet ordnat li jkunu ffriżati l-assi kollha ta' Schembri u ta' familtu din il-ġimgħa

Sitt kumpaniji li sidhom huwa Keith Schembri fetħu rikors fil-Qorti biex jingħataw permess biex b'mod temporanju jreġġgħu lura l-friża tal-assi imposta mill-Qorti sabiex ikunu jistgħu jitħallsu 100 impjegat. 

Ir-rikors tressaq quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja, bil-Qorti tintalab tikkunsidra din it-talba bħala waħda urġenti. 

Kumpaniji li huma ta' Keith Schembri kellhom l-assi ffriżati nhar it-Tnejn - sigħat wara li kienet konkluża inkjesta maġisterjali bbażata fuq l-akkużi tal-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.  Hu kien akkuża lil Shembri b'tixħim mill-Programm ta' Ċittadinanza. 

Din il-ġimgħa kienu arrestati Keith Schembri, eks Chief of Staff f'Kastilja, u Brian Tonna u Karl Cini minn Nexia BT, li din il-ġimgħa tteħdilha l-liċenzja eli permezz tagħha setgħet tbigħ iċ-ċittadinanza. 

More in Politika