Il-PN kellu jikkanċella l-unika attività li kellu għall-Indipendenza - ikla - għax ma biegħx biljetti

'Lanqas ikla ma konna kapaċi norganizzaw'  - jilmenta attivist mal-illum.com.mt

Sorsi fil-Partit Nazzjonalista kkonfermaw mal-ILLUM illi l-unika attività li kellu l-Partit Nazzjonalista biex ifakkar Jum l-Indipendenza - jiġifieri ikla fi stabbiliment fiż-żona tar-Rabat, Malta - kellha titħassar wara li inbiegħu biss mal-20 biljett, meta suppost kellu jkun hemm minimu ta' jew madwar 100 persuna. 

Minkejja li kien hemm min qal illi din kienet deċiżjoni li ttieħdet minħabba l-Covid-19, sorsi oħrajn urew ir-rabja tagħhom li l-partit, fil-jum sinonimu miegħu, "lanqas konna mqar kapaċi norganizzaw ikla, li jekk ma tridx kienet qed tiġi rriklamata fuq il-midja tagħna," qal wieħed mis-sorsi li tkellmu ma' dan is-sit u li huwa attivist akkanit tal-partit. 

Din is-sena fil-fatt il-PN kien ikkanċella l-attivitajiet kollha tiegħu għall-Indipendenza, ħlief għal din l-ikla li finalment kellha titħassar ukoll. 

L-organizzazzjoni fi ħdan il-PN ilha tkun kkritikata minn attivisti tal-PN li jħossu illui l-partit tilef ħafna mill-ħeġġa u determinazzjoni li kellu filwaqt li fost l-għeruq teżisti diżillużjoni kbira.

More in Politika