'Jekk il-Ministru jaħseb li skejjel ippanikkjati hija preparazzjoni, mela maqtugħ mir-realtà' - MUT

L-Unjin Maltija tal-Għalliema tiftaħ il-kanuni fuq il-Ministru Bonnici u timplika li bħalissa panik u nuqqas ta' informazzjoni hemm fost l-għalliema

L-MUT ma tantx daret mal-lewża u fi stqarrija sostniet illi jekk il-Ministru Owen Bonnici jaħseb illi "skajjel ippanikkjati" "mela allura vera ddistakkat."

Il-unjin ekienet qed tirreferi għsal kummenti tal-Ministru tal-Edukazzjoni li fihom saħaq li l-edukaturi għandhom iħarsu lejn ħaddiema oħra u jagħmlu kuraġġ sabiex jirritornaw fl-iskejjel. "Jidher b'mod ċar li minflok il-Ministeru ma jipponta subgħajh lejn l-edukaturi, għandu joħroġ mill-bużżieqa li tant qiegħed jagħti assigurazzjoni dwarha u jħares lejn il-pandemija u r-riskji fuq l-edukaturi, l-istudenti u l-familji meta jiftaħ l-iskejjel f'ċirkustanzi fejn għaddejjin minn mewġa kiefra tal-pandemija."

L-MUT qalet illi l-Ministeru ma jistax jipponta subgħajh lejn l-edukaturi meta kienu huma stess li mingħajr direzzjoni u preparazzjoni mill-istess Ministeru, biddlu b'mod drastiku l-mod kif kienu jaħdmu. "Dan filwaqt li huma lesti li jkomplu jbiddlu dak li jagħmlu f'dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji iżda mhux f'kuntest fejn il-pandemija ma tkunx imrażżna."

Kien hawn li l-MUT fetħet il-kanuni fuq il-Ministru u sostniet li mhi qed issir ebda preparazzjoni.  "Dwar il-preparazzjoni, jekk il-Ministeru jaħseb li skejjel ippanikjati tfisser preparazzjoni, jew il-fatt li ma jafux x'ser jagħmlu jew kif ser jirrispondu l-mistoqsijiet li l-Ministeru mhux iwieġeb tfisser preparazzjoni, mela l-MUT issostni li vera l-Ministeru huwa distakkat minn dak li qiegħed jiġri fl-iskejjel."

More in Politika