Adrian Delia dwar id-due diligence: 'Fuqi ma nstab xejn ħlief jekk, jekk u jekk ...'

Adrian Delia jħabbar il-kandidatura tiegħu bil-messaġġ: 'Għaqda b'lealtà'

Adrian Delia
Adrian Delia

Meta kien qed jippreżenta l-kampanja tiegħu Adrian Delia saħaq li r-rapport tad-due diligence juri li m'hemm xejn xi jxekklu milli jkun kandidat u li "ma nstab xejn ħlief jekk, jekk u jekk..." dwaru.

"Min ma jkunx irid jaħdem  miegħi.  Ikun nuqqas tiegħu, mhux tal-partit u lanqas tal-Kap," sostna l-Kap Nazzjonalista, issa kandidat għal elezzjoni interna fil-PN. 

Adrian Delia għamel elenku ta' ħidma ta' tliet snin tiegħu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista fosthom tnaqqis fid-dejn, il-clusters, l-Istatut il-ġdid tal-PN u l-kandidati ġodda għal elezzjoni ġenerali.  Delia, issa allura uffiċjalment kandidat għal din l-elezzjoni għall-Kap ġdid tal-PN, ħabbar illi se jkun qed jagħmel talba biex jieqfu l-passi dixxiplinarji kontra l-MŻPN li kienet ħarġet stqarrija ta' sfiduċja kontrieh fl-eqqel tal-kriżi fit-tmexxija tal-PN, jitwaqqfu. 

Delia qed imexxi l-kampanja tiegħu bil-messaġġ: 'Għaqda b'lealtà'

Il-Kap kurrenti qal li l-midja tal-PN qed tagħmel aktar flus u tnaqqas id-djun li għandha filwaqt li sostna illi s-sena d-dieħla, għall-ewwel darba, il-midja tal-partit se tkun qed tirreġistra l-istess telf daqs kemm dħul (break even).

Huwa qal illi kemm ilu Kap Nazzjonalista hu t-tesserament żdied, tant li se jkunu 26,000 tesserat li se jivvotaw issa, meta fl-2017 ivvutaw madwar 19,000 persuna. 

Adrian Delia semma' wkoll il-clusters u qal illi jekk jingħata l-mandat ġdid biex ikompli jmexxi huwa se jżid il-parteċipanti.   Huwa semma' wkoll il-Bord tad-Dixxiplina u appella biex il-partitarji jiefu jattakkaw lil xulxin fuq il-mija soċjali. 

More in Politika