Il-UPE titlob uffiċjalment lill-PM biex ma jinfetħux l-iskejjel u t-tagħlim isir online

Il-unjin lesta tordna azzjoni industrijali jekk din it-talba ma tkunx aċċettata

Il-Unjin għall-Edukaturi Professjonali UPE talbet uffiċjalment lill-Prim Ministru biex l-iskejjel ma jiftħux u t-tagħlim, għalissa jsir kollu online.

Fi stqarrija, il-UPE uriet it-tħassib tagħha dwar il-fatt li l-każi tal-Covid-19 komplew telgħin.

“Is-sitwazzjoni mhux sostenibbli u bil-ftuħ tal-iskejjel fit-28 ta’ Settembru, l-għadd tal-każi se jibqa’ jiżdied u jżid il-piż fuq is-sistema tas-saħħa,” saħqet il-unjin.

Temmet tgħid li tirriserva d-dritt tagħha li tħabbar azzjoni industrijali jekk din it-talba ma tkunx aċċettata.

Aqra wkoll:

More in Politika