Delia u Grech jistaqsu għaliex ir-rapport ta' verifika fuqhom għadu ma ġiex ippubblikat

Kemm Delia u anke Grech wiegħdu li se jippubblikaw dan ir-rapport malli jasal għandhom

Kemm il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia u anke l-Kandidat għall-Elezzjoni tal-Kap qed jistaqsu għaliex ir-rapport tad-due diligence fuqhom għadu ma ġiex ippubblikat u dan jiem wara li ntemm il-proċess.

Kemm Delia u anke Grech wiegħdu li se jippubblikaw dan ir-rapport malli jasal għandhom. 

Min-naħa tiegħu, Adrian Delia bagħat ittra liċ-Chairperson tal-Kummissjoni Kandidati jilmenta kif minkejja li r-rapport intbagħat lill-Kummissjoni Elettorali u lill-President tal-Kunsill Amministrattiv, il-membri tal-istess Kunsill Amministrattiv, inkluż hu, għadhom ma jafux bil-kontenut tiegħu.

href="https://www.facebook.com/bernardgrechmt/posts/957112931466679" data-show-text="false" data-width="">

Mill-ewwel ġurnata li jiena dħalt għal din it-tellieqa għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, dejjem sħaqt li...

Posted by Bernard Grech on Wednesday, September 16, 2020

Insista li kien jistenna li l-Kunsill Amministrattiv jiltaqa' minnufih biex jiddiskuti r-rapport u jivvota fuq mozzjoni, li Delia lest jippreżenta, biex ir-rapport ikun ippubblikat.

Delia saħaq li jekk dan ma jseħħx se jkun qed jeżerċita Artiklu 69 tal-istatut biex isejjaħ hu stess il-Kunsill Amministrattiv biex jippreżenta l-mozzjoni.

Intant, Bernard Grech staqsa għaliex dan id-dewmien kollu biex ikunu ppubblikati r-rapport.

"Għaliex se neħlu fi kwistjoniijet ta' proċedura. Ippubblikaw ir-rapport issa," kiteb Grech.

More in Politika