L-Organizzazzjoni Dinjija ta-Saħħa twissi li se jiżdiedu l-imwiet mill-Covid-19 f'Ottubru

Hans Kluge mill-WHO jgħid li l-Covid-19 se tispiċċa meta nitgħallmu ngħixu biha ...

Hans Kluge (WHO)
Hans Kluge (WHO)

"L-Ewropa jeħtieġ tipprepara għal żieda fl-imwiet ikkawżati mill-Covid-19 matul ix-xhur ta' Ottubru u Novembru, wissiet l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).  "Is-sitwazzjoni ser issir aktar iebsa. Ħa naraw żieda fil-mortalità," qal Hans Kluge, id-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-WHO. 

Dan qalu fid-dawl ta' żidiet tal-każi, fl-imwiet kif ukoll ir-rijintroduzzjoni ta' miżuri li jirrestrinġu l-moviment tal-persuni kif ukoll li jirrestrinġu ġemgħat f'diversi pajjiżi fl-Unjoni Ewropea.  Din iż-żieda fil-każi qed tkun esperjenzata hawn Malta wkoll b'16-il vittma sa issa tal-Covid-19, bl-aħħar vittmi fil-fatt ikunu kollha anzjani.  Malta fil-fatt qed tesperjenza firxa tal-virus f'numru ta' djar tal-anzjani.

Barra minn xtutna - fi Franza -  reġgħu qed jiddaħħlu miżuri ġodda hekk kif il-każi komplew jiżdiedu b'rekord ta' 10,000 każ ġdid nhar is-Sibt li għadda.

Kluge qal li jifhem li l-pajjiżi ma jridux jisimgħu din it-tip ta' aħbar u qal li jrid jgħaddi l-messaġġ pożittiv illi l-Covid-19 se tispiċċa, xi darba jew oħra ... "meta nitgħallmu ngħixu biha!"

Dwar il-vaċċin huwa qal li wara kollox jista' jkun li meta eventwalment ikollna vaċċin li huwa effikaċi u sigur, jaħdem għal grupp ta' etajiet u mhux ieħor.  

More in Politika