78 każ ġdid ta' Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa ... 24 każ f'dar tal-anzjani

22 ifiequ bil-każi attivi jitilgħu għal 465

Il-każi ta' Covid-19 f'pajjiżna telgħu b'78 każ ġdid fl-aħħar 24 siegħa, l-ogħla numru fl-aħħar jiem wara li kien jidher illi ċ-ċifri kienu reġgħu bdew it-triq 'l isfel. 

Dawn  it-78 każ ġdid irriżultaw minn 2,407 swab tests u 24 każ minnhom kienu ta' anzjani jew staff fid-Dar ta' San Ġużepp fil-Fgura. 

Jidher illi l-virus issa qed jinfirex sew f'numru ta' djar tal-anzjani fejn l-aktar li hemm persuni vulnerabbli, bis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci stess tgħid li fost il-clusters il-kbar hemm dawk f'dawn id-djar.  L-aħħar imwiet kienu kollha ta' anzjani ta' madwar 80 sena. 

Intant fl-aħħar 24 siegħa wkoll fiequ 22 persuna biex b'kollox il-każi attivi issa telgħu għal 465.

More in Politika