Robert Abela jibqa' minn fuq f'Għawdex: Distakk ta' 5.3% aktar minn Grech u 58% aktar minn Delia

Sondaġġ xjentifiku juri illi l-appoġġ għal Adrian Delia f'Għawdex huwa baxx ħafna, b'4.4% biss tal-Għawdxin jippreferu lilu minn Robert Abela

Il-Prim Ministru Robert Abela
Il-Prim Ministru Robert Abela

is-sondaġġ xjentifiku ppubblikat nhar il-Ħadd li għadda fuq il-gazzetta Maltatoday juri illi meta mistoqsijin lil  min jafdaw l-aktar  - hux lil Robert Abela jew lil Adrian Delia  - 56% irrispondew Abela, filwaqt li kienu 12% biss li qalu Delia.  Meta mistoqsijin lil min jafdaw - jekk hux lil Robert Abela jew Bernard Grech, is-sitwazzjoni titjib għall-PN minkejja li xorta Grech jibqa'  wara Abela sew - b'51.7% iwieġbu Abela u 32.1% Grech. 

Intant interssanti x-xenarju f'Għawdex, li għal ħafna snin kien meqjus fortizza Nazzjonalista u li minnu hemm ukoll numru mdaqqas ta' tesserati.  Adrian Delia fil-fatt qed ibati l-aktar mal-Għawdxin - fejn ikkumparat mat-63% li jikseb il-PM, Delia jikseb biss 4.4% f'fiduċja, l-inqas livell ta' appoġġ tal-kap kurrenti minn kull żona tal-pajjiż. Fil-każ ta' Bernard Grech is-sitwazzjoni tinbidel drastikament, minkejja li Abela jibqa' minn fuq.  Mistoqsijin lil min jafdaw - lil Abela jew inkella lil Grech - 45.1% iwieġbu Abela u 39.8% wieġbu Grech. 

Intant Bernard Grech huwa b'saħħtu l-aktar fiż-żona tat-tramuntana tal-pajjiż li jinkludu l-Mellieħa u San Pawl il-Baħar, żewġ lokalitajiet li l-PN tilef il-maġġoranza fihom fl-aħħar elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.  Hawnhekk fil-fatt Grech jaqbeż lil Abela, hekk kif 40.8% jafdaw lilu filwaqt li 35.4% jafdaw lil Abela. 

Delia ma jaqbeż qatt lil Abela u jikseb l-aħjar riżultat fit-tramuntana wkoll b'19.7%

Ara aktar hawnhekk

 

More in Politika