Għad fadal 30,000 persuna li ntrid tiġbor il-vouchers - l-iskema swiet kważi €45 miljun

Il-Ministru Silvio Schembri jgħid illi l-iskema tas-Suppliment tal-Paga se tara xi tibdiliet, li se jitħabbru fil-Baġit

Il-Ministru Silvio Schembri
Il-Ministru Silvio Schembri

Is-suppliment tal-Paga li se jkun estiż għal xahar se jitbiddel xi ftit minn kif inhu bħalissa u dawn il-bidliet se jitħabbru f'Ottubru fil-Baġit.  Dan ħabbru l-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri li kien qed jirrispondi mistoqsijiet wara Konferenza tal-Aħbarijiet illi fiha ta' dettalji dwar l-iskema tal-vouchers. 

Schembri ħabbar illum illi sa issa għad fadal 30,000 persuna li ma ġabrux il-vouchers u qal ukoll illi din l-iskema - illi ħafna sidien ta' negozji faħħruha u qalu illi dawwret ir-rota matul dawn il-ġimgħat diffiċli - swiet lill-Gvern €44.6 miljun.  B'kollox inħarġu 440,000 settijiet ta' vouchers li jgħoddu għal 2.3 miljun voucher ta' 20 ewro.

Dwar is-Suppliment tal-Pagi l-Ministru Schembri qal illi l-Gvern mhux qed iħares lejn l-apsett finanzjarju daqs kemm qed iħares lejn kemm jista' l-pajjiż jiggwadanja minn din l-iskema.  Ma rridux li nkunu għaddejna dawn ix-xhur u dan il-perjodu illi fih ħallasna ammonti sostanzjali f'dan is-suppliment u l-pajjiż ikun ħa ftit li xejn lura."  Hu iżda ma elaborax aktar dwar dan. 

Ilbieraħ il-PM Robert Abela ħabbar illi l-iskema li permezz tagħha eluf ta' ħaddiema bdew jingħataw suppliment ta' €800 jew €500 - speċjalment f'dawk is-setturi li ħadu l-akbar daqqa mill-pandemija - se tkun estiża. 

More in Politika