Clubs, diskoteki u każini jerġgħu jgħalqu mill-Erbgħa ... In-nies fit-tiġijiet iridu jkunu bilqiegħda

Il-Gvern jerġa jagħlaq numru ta' stabbilimenti hekk kif in-numru ta' każi ta' Covid-19 komplew jiżdiedu

Dalgħodu waqt Konferenza tal-Aħbarijiet id-Deputat PM u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar lli nightclubs, discos, bars u każini se jerġgħu jgħalqu minn nhar il-Erbgħa.  L-uniċi każini u bars li jistgħu jiftħu huma dawk fejn jisserva l-ikel, bil-bar xorta jinżamm magħluq u jiftaħ biss fejn jisserva l-ikel. Fearne qal li lanqas boat parties jew inkella kull attività fuq dgħajjes li fuqhom jiġi servut l-alkoħol ma jistgħu jibqgħu jsiru.  Ħabbar ukoll li mit-28 tax-xahar it-tiġijiet iridu jsiru biss bħal f'ristorant - jiġifieri kulħadd bilqiegħda  -  filwaqt li l-ikel u x-xorb jiġi servut. 

Ħabbar ukoll li ġemgħa se tkun ta' massimu ta' 15-il persuna filwaqt li l-Gvern qiegħed jifrex aktar l-użu obbligatorju tal-maskra għal kull post pubbliku li huwa magħluq. 

Fearne ħabbar ukoll li issa l-Gvern se jżid lista ġdida ta' pajjiżi fir-rigward ta' vjaġġar - se tkun il-lista oranġjo u dawk kollha li jkunu ġejjin minn dawn il-pajjiżi jridu jippreżentew test ta' 72 siegħa li jkun negattiv biex ikunu jistgħu jidħlu Malta.  Huwa qal illi din il-lista se tkun aġġornata kull ġimgħa u se tidħol fis-seħħ minn nhar il-Ġimgħa f'nofs il-lejl. 

 Ifakkar illi Malta, sal-lum, kellha biss żewġ listi f'dak li għandu x'jaqsam ma' vjaġġar - il-lista l-ħamra illi għalihom persuna ma tistax issiefer jekk mhux bil-permess mis-Sovvratendenza u l-lista l-ħadra ta' pajjiżi sikuri.  

Il-pajjiżi fil-lista oranġjo se jitħabbru aktar tard illum.   

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet illi is-Sovvratendenza għalqet stabbiliment li ma kienx qed isegwi r-regoli.

Hija elenkat ukoll kemm hemm persuni bil-Covid-19 li jinsabu fi sptar - Disa' fl-Infectious Diseases Unit, persuna f'ward oħra f'Mater Dei, 13 fl-Isptar St. Thomas u 13 oħra fl-Isptar Boffa u 10 f'Monte Carmeli.  

 Huwa qal illi l-istrateġija tal-Gvern hija li kemm jista' jkun tiġi ppratikkata l-iddistanzjar soċjali u li jkunu iżolati dawk li jkollhom il-Covid-19 filwaqt li dawk ta' madwarhom jibqgħu fi kwarantina.  Dan apparti li l-Gvern qed jagħmel aktar swabbing u fetaħ ċentri ta' swabbing ġodda.  

Dawn il-miżuri tħabbru hekk kif in-numri tal-każi ta' Covid-19 qed ikomplu telgħin u jlaħħqu numri rekord ta' aktar muinn 60 jew f'każ wieħed iktar minn 70 każ ġdid.  Illum fil-fatt, il-każi reġgħu telgħu b'69 anke jekk kien hemm 10 minn nies li fiequ mill-virus. 

More in Politika