69 każ ġdid ta' Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa u 10 jfiequ

Il-każi attivi jitilgħu għal 607 ... fl-aħħar 24 siegħa saru 2,269 test

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ħabbret illi fl-aħħar 24 siegħa minn 2,269 test li saru rriżultaw 69 każ ġdid ta' Covid-19.  Fl-aħħar 24 siegħa wkoll 10 minn nies fiequ.

Dan b'kollox allura jtella' l-każi attivi għal 607. 

Dawn in-numri jiġu fid-dawl ta' miżuri ġodda b'bars, diskoteki u clubs jerġgħu jkunu mġiegħla jgħalqu minn nhar il-Erbgħa u restrizzjonijiet ukoll fuq it-tiġijiet. 

(Dan l-artiklu se jkun aġġornat) 

 

More in Politika