Delia jakkuża lil Bernard Grech li qed ikun negattiv għax qed jieħu l-pariri 'mingħand min ma jafx aħjar'

Delia jisħaq li Grech huwa l-magħżul ta' min irid iwarrab min-nofs mexxej elett b’mod demokratiku

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, akkuża lill-kandidat prospettiv għall-Kap tal-PN, Bernard Grech, li beda l-kampanja tiegħu fuq 'ton negattiv' u dan hekk kif f’kummenti ma’ The Times of Malta, Grech saħaq li Delia ma rnexxilux jgħaqqad lill-PN.

F’kummenti fuq Facebook, Delia akkuża lil Grech li qed jirċievi l-pariri mingħand persuni “ta’ qabel l-2013,” u li fi kliemu “ma jafux aħjar,” għajr li jkunu negattivi.

“Minflok nixtieq nagħtik parir ta’ ħabib. It-tnejn li aħna rridu l-għaqda. Sfortunatament mhux għal dawk li għażluk biex iwarrbu min-nofs mexxej elett b’mod demokratiku,” insista Delia. 

Dwar il-kummenti ta’ Grech, meta staqsa jekk Delia għadx għandu l-partit għal qalbu, Delia wieġbu hekk: “Jiena tajt kollox għall-Partit. Il-karriera tiegħu, il-passjoni tiegħu, ħajti. Kollox. Ruħi u ġismi.”

More in Politika