1,200 persuna jinsabu fi kwarantina; 77 minnhom huma ħaddiema tas-saħħa f'Mount Carmel

L-għadd tal-ħaddiema tas-saħħa fi kwarantina huwa ta' 143

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, qalet li b'kollox 1,200 persuna jinsabu bħalissa fi kwarantina.

Minn dawn, 143 huma ħaddiema tas-saħħa, fosthom 77 mill-isptar Mount Carmel.

Fost dawn hemm ukoll:

  • Seba' mill-isptar Karin Grech
  • Persuna waħda minn ċentru tas-saħħa
  • 56 minn Mater Dei
  • Tnejn mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.

Aqra wkoll:

More in Politika