Il-final tal-Festival tan-Nar se jixxandar fuq it-TV ... Il-Ministru tappella biex ma jmorrux nies

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli saħqet li fuq pariri ta' esperti fil-piroteknika, il-ħruq tan-nar irid isir xorta minħabba li n-nar diġà mgħammar fuq il-post

Il-final tal-Festival tal-Logħob tan-Nar li kellu jsir illejla fil-Belt se jixxandar biss fuq TVM.

Fuq Facebook, il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli saħqet li d-deċiżjoni ttieħdet biex ma  jinġemgħux l-eluf ta' nies inkluż turisti li normalment kull sena jattendu għalih.

'Nappella lill-pubbliku biex isegwi l-ispettaklu minn fuq it-TV biss,' saħqet il-Ministru.

Il-Ministru saħqet li fuq pariri ta' esperti fil-piroteknika, il-ħruq tan-nar irid isir xorta minħabba li n-nar diġà mgħammar fuq il-post u għalhekk ikun ta' periklu jekk in-nar jerga' jiġi rilokat u zmantellat. 

 

More in Politika